Il-Ħamis, 3 ta’ Novembru 2011

Pjaċir mhux mitlub... nofsu mitluf!

Da l-aħħar, l-Arriva saret l-issue tal-mument madoffi! Kulħadd jitkellem dwarha. Minn banda ma ntihx tort lill-poplu, wara kollox, min bħali juża x-xarabanks kuljum, qed iħabbat wiċċu ma intopp kuljum ukoll.

Problema li għandha ħafna uċuh. Qadt naħseb ftit x'seta wassal għal dan il-kjass kollu.

Qabel kulħadd kien igerger mit-trasport pubbliku. Imma għalfejn? Jien kont nużah u naħseb li l-akbar problemi li kont nħabbat wiċċi magħom kienu:
  • L-atitudni tax-xufiera - illum din inbidlet ta' taħt fuq (ok xi wieħed salvaġġ 'l hemm u 'l hawn għadek issib, imma żgur mhux daqs qabel). Tjiebet ħafna imsomma.
  • Xarabanks maħmuġin, idaħħnu u se jaqgħu biċċiet - hawnhekk ukoll, sar avvanz, prosit. Dawn il-ġodda qegħdin iwaqqgħhom biċċiet, għax ħanżira kważi kollha maħbutin qed narhom jien, ma nistax nifhem għala! Naħseb għax djiequ t-toroq :p.
  • Nuqqas ta' informazzjoni - fuq din sar ħafna xogħol ukoll imma imbilli jkollok l-informazzjoni stampata pulita u l-karozzi ma jaslu qatt mhu' ħa nkunu wasalna imkien.
  • Dixxiplina fil-ħinjiet - hawnhekk morna għall-agħar. Daħna!
  • Aċċessibiltà - issa ħafna aħjar, b'postijiet apposta għall-anzjani u nisa tqal jew mgħobbijin b'xi pushchair. Hawnhekk, għal darboħra, prosit.
Bħal ma forsi indunajtu, ir-rottot, ma daħħalthomx fil-lista tal-problemi li kellna qabel, għax fil-verità, ftit kien hemm tgergir dwarhom. U propju dan li ma nistax nifhem jien ħanina. Għalfejn iċċaqalqu r-rottot meta dawn kienu qed jaqdu tajjeb ħafna lill-maġġoranza? Mhux qed ngħid li ma kienx pass tajjeb li żdiedu ċertu rottot diretti, anzi prosit fuq din Transport Malta, imma għalfejn missejtu dak li kulħadd kien kuntent bih?

U x'kien ir-riżultat ta' dan? Aqraw ħa: Arriva CEO says 79% of original bus plan had to be redesigned.

L-Erbgħa, 2 ta’ Novembru 2011

Keep them coming...

Grazzi lill-seħibna Paul Spiteri
P.S. - Id-diversi placards u slogans bi kliem baxx/ħażin li qed nirċievi mhux se nkun qed nippubblikahom (ħalliha li ħassruni bid-daħk xi wħud minnhom)

Is-Sibt, 29 ta’ Ottubru 2011

Austin 'Guts'


Minix xi wieħed li nħobb il-protesti. Ma tantx jimpressjonawni. Nippreferi diskussjoni li twassal x’imkien. Pero’ dik hi l-problema f’dal-pajjiż. Wasalna f’punt fejn id-diskussjoni mhi qed twassal imkien għax min qiegħed fil-poter ma jridx jisma’.

Dil-ħaġa ilha għaddejja imma l-poplu ftit li xejn tħarrek. Il-kittieb u ħassieb kbir Immanuel Mifsud jgħid li dal-poplu huwa lluppjat. F*cken right!

Imma fl-aħħar qam xi ħadd!

Nhar il-Ġimgħa se ssir protesta li kulħadd kien qed jistenna li se ssir! Fl-aħħar hawn min għandu l-guts jorganizza xi ħaġa kontra waħda mill-akbar omelettes li saru tul dawn l-aħħar snin.

L-ingredjenti l-aktar li spikkaw f’dil-froġa kienu: t-taħwid u l-arroganza.

Kemm se nieħu gost nissindika nhar il-Ġimgħa! Tgħiduli, għalfejn tissindika? Għalkemm ma naħmilx il-protesti, nammetti li se jkolli mmur għal din. Apparti li nħoss li hija kawża ġusta. Irrid immur il-Belt biex nara jekk dawk in-nies li ilhom igergru jgergru u jeqirdu, humiex se jkunu hemm! Għax nilgħab il-flus li Żeża se tkun ma tiflaħx, Twanny se jżommuh xogħol, u Fredu jibża li taqbdu xi kamera u jkeċċuh mix-xogħol!

Issa naraw kemm se jkun hemm nies bil-guts u jmorru hemm, anke jekk tagħmel ix-xita! Mhux inġibu l-iskużi kollha tad-dinja! Mhux imbilli fuq l-istage kulħadd jidgħi u “allaħares jiġi taħt idejja”, “kemm hu aħdar!” u “l-aqwa li hu għaddej bil-Jaguar.” Issa kulħadd għandu ċ-ċans imur hemm u jieħu placard bil-messaġġ tiegħu.

Għal dawk l-għażżenin, preparajt l-ewwel placard jien! Jekk tridu ibagħtuli l-placards tagħkom fuq: hekkhu@gmail.com.

Eee bilħaqq għax kont se ninsa.....nhar il-Ġimgħa ġurnata speċjali ħafna għall-Ministru Gatt! Apparti l-protesti, b’wiċċu mwaħħal mal-placards, se jkun hemm il-vot ta’ (s)fiduċja fuqu fil-Parlament ukoll! Ħa naraw...

Le, le. Ferħa bla temma.

Intom taħsbu li l-MPs tagħna għandhom il-“Gatts” biex jivvutaw kontrieh?! Speċjalment dawk li se jkunu bil-qiegħda ħdejh?!

Franco Debono għadu qed jaħsibha qal....MA NEMMNEKX!

Imma xorta nibqa’ nittama li nhar is-Sibt titla’ xemx ġdida fuq Malta! Maa ara wiċċu kieku x’ħin jgħaddi l-vot!!

P.S. Skont l-organizzaturi, di se tkun MIXJA ta’ protesta......nispera li ma tkunx xi waħda bħal tal-lejber, massa ta’ nies miexjin qishom qegħdin Għar id-Dud relax! Jew protesta, jew mixja għaż-żiffa ras!!

Teħodnix il-Belt għalxejn!


Il-Ġimgħa, 28 ta’ Ottubru 2011

Tal-blieh

Dawn kollha għandhom xi ħaġa inkomuni
(click to make it bigger)
Kull ma jmur qed inħoss li sejrin għall-agħar. Kull min għandu għanejh f'wiċċu, u jrid jara, naħseb li jaqbel miegħi.

Illum qrajt storja, li jekk hi vera (u ma għaffġithiex il-media), meta tlesti taqraha la tkun taf jekk għandekx tibki jew tidħak.

Mid-dehra, Weltbild, waħda mill-ikbar kumpaniji tal-media fil-Ġermanja, li hi propjetà tal-Knisja Kattolika, qiegħda tippermetti bejgħ ta' materjal pornografiku. Fi kliem sempliċi, skont dan l-artiklu, l-Knisja qed taqla' lira mill-pornografija (hehe kemm taqbel!)

F'din l-istorja, mhux il-materjal li qed jinbiegħ joffendini, imma l-bejjiegħ. U hawnhekk fejn tidħol l-istampa li għażilt għal dan l-artiklu.

Nifhem li kulħadd uman, u li għalhekk, kulħadd suġġett għall-iżball, imma bir-rispett kollu lejn kulħadd, hemm żball, u hemm żball. Naħseb li meta jkollok ċertu kariga, xogħol jew vokazzjoni, hemm affarjiet li ma tista' tagħmel għall-ebda raġuni.

Dawk tal-istampa huma biss wħud  mil-eżempji sfaċċati li nsibu fi gżiritna.

P.S. - L-opinjoni tiegħi dwar  ir-reliġjonijiet fid-dinja, se ssiru tafuha wkoll by the way.


Il-Ħamis, 27 ta’ Ottubru 2011

What the 'hack'???

Bħalissa haw' xebgħa hassle fuq hacking u mhux hacking. Onestament fqajt moħħi nipprova nifhem l-istorja. Mil-ftit li fhimt, ħarġu xi e-mails in-Net bejn Joseph Muscat u Sabrina Agius. Naħa tgħid li kollox legali u l-parti l-oħra tgħid eżatt il-maqlub, bħal fuckin' (hehe qed naħseb f'Austin Gatt kull meta nisma dil-kelma issa) soltu.

X'ġara fil-verita ma nafx. Fuq 'Bondi+' l-Kap tal-Oppożizzjoni ddistingwa bejn leak u bejn serq ta' informazzjoni. Tidher teknikalità imma ħsibt naqra (cioe ħafna) fuq il-ħaġa u l-argument tiegħu (irrelevanti minn kif fil-verità inkisbu l-emails) naħseb li jagħmel sens.

Il-ħaġa qegħda hawn: 

  • Jekk jien għandi ċwievet ta' kamra li fiha qed isiru affarjiet li mhux naqbel magħhom u niddeċiedi li nikxifhom, inkun qiegħed nillijkja (x'kelma jaqq) l-informazzjoni dwar dak li qed isir. Ma naħsibx li hemm xi ksur ta' liġi b'daqshekk.
  • Jekk, minn naħa l-oħra, niżgassa il-bieb biex nikseb din l-informazzjoni, hemmhekk inkun qed nikser il-liġi.
Jien naqbel ma dawn iż-żewġ punti loġiċi, hi kif inhi l-istorja - kas klassiku ta Hekk Hu! 

P.S. - Coldplay harġu diska bl-eżatt fuq din l-issue, naħseb anki huma qrawhom l-emails! :p

Imsomma, aw ħa: 



We got one eye watching you
And one eye on what to do
So be careful who it is you're talking to

They got one eye watching you
One on what to do
So be careful what it is you're trying to do

And be careful when you're walking into view
Just be careful when you're walking into view

Ooh oooh oooh
Got one eye on the road and one on you
Ooh oooh oooh
Got one eye on the road and one on...

We got one eye watching you
And one eye what to do
So be careful cause' nothing they say is true

Don't believe a word
It's just us against the world
And we just gotta turn up to be heard

Hear those crocodiles ticking 'round the world
Hear those crocodiles ticking, they go ticking 'round the world

Ooh oooh oooh
Got one eye on the road and one on you
Ooh oooh oooh
Got one eye on the road and one on you

Ooh oooh oooh
Got one eye on the road and one on you
Ooh oooh oooh
Got one eye on the road and one on you

L-Erbgħa, 26 ta’ Ottubru 2011

Irridu lura l-On-Demand

Għal xi raġuni stramba, l-On-Demand Library tad-di-ve.com m'għadux jkollha l-programmi kollha fuqha. Serraħt moħħi jien għax tlift 'Inkontri' u 'Bondi+' tal-Ħamis. Għidt w'iva imbgħad nidħol narhom fuq id-dajv.

Mur għidli.

Imsomma jien nixtieq li ħafna mill-programmi jerġgħu jkunu fuq l-On-Demand Library, għax apparti li jekk titlef programm live tkun tista' tarah online meta trid bil-kwiet, tagħti iktar exposure lill-ħafna xogħol li jkun għamel il-crew tal-programm.




It-Tnejn, 24 ta’ Ottubru 2011

Verità fi stampa


Waqt li kont qed indur u nqalleb fuq facebook, iltqajt ma' din l-istampa - belezza.


Ta' min jibgħata l-kurja, forsi ma tafx kif!


PS. - niskuża ruħi tal-assenza kemm xejn twila!