Il-Ħamis, 3 ta’ Novembru 2011

Pjaċir mhux mitlub... nofsu mitluf!

Da l-aħħar, l-Arriva saret l-issue tal-mument madoffi! Kulħadd jitkellem dwarha. Minn banda ma ntihx tort lill-poplu, wara kollox, min bħali juża x-xarabanks kuljum, qed iħabbat wiċċu ma intopp kuljum ukoll.

Problema li għandha ħafna uċuh. Qadt naħseb ftit x'seta wassal għal dan il-kjass kollu.

Qabel kulħadd kien igerger mit-trasport pubbliku. Imma għalfejn? Jien kont nużah u naħseb li l-akbar problemi li kont nħabbat wiċċi magħom kienu:
  • L-atitudni tax-xufiera - illum din inbidlet ta' taħt fuq (ok xi wieħed salvaġġ 'l hemm u 'l hawn għadek issib, imma żgur mhux daqs qabel). Tjiebet ħafna imsomma.
  • Xarabanks maħmuġin, idaħħnu u se jaqgħu biċċiet - hawnhekk ukoll, sar avvanz, prosit. Dawn il-ġodda qegħdin iwaqqgħhom biċċiet, għax ħanżira kważi kollha maħbutin qed narhom jien, ma nistax nifhem għala! Naħseb għax djiequ t-toroq :p.
  • Nuqqas ta' informazzjoni - fuq din sar ħafna xogħol ukoll imma imbilli jkollok l-informazzjoni stampata pulita u l-karozzi ma jaslu qatt mhu' ħa nkunu wasalna imkien.
  • Dixxiplina fil-ħinjiet - hawnhekk morna għall-agħar. Daħna!
  • Aċċessibiltà - issa ħafna aħjar, b'postijiet apposta għall-anzjani u nisa tqal jew mgħobbijin b'xi pushchair. Hawnhekk, għal darboħra, prosit.
Bħal ma forsi indunajtu, ir-rottot, ma daħħalthomx fil-lista tal-problemi li kellna qabel, għax fil-verità, ftit kien hemm tgergir dwarhom. U propju dan li ma nistax nifhem jien ħanina. Għalfejn iċċaqalqu r-rottot meta dawn kienu qed jaqdu tajjeb ħafna lill-maġġoranza? Mhux qed ngħid li ma kienx pass tajjeb li żdiedu ċertu rottot diretti, anzi prosit fuq din Transport Malta, imma għalfejn missejtu dak li kulħadd kien kuntent bih?

U x'kien ir-riżultat ta' dan? Aqraw ħa: Arriva CEO says 79% of original bus plan had to be redesigned.

L-Erbgħa, 2 ta’ Novembru 2011

Keep them coming...

Grazzi lill-seħibna Paul Spiteri
P.S. - Id-diversi placards u slogans bi kliem baxx/ħażin li qed nirċievi mhux se nkun qed nippubblikahom (ħalliha li ħassruni bid-daħk xi wħud minnhom)