Is-Sibt, 29 ta’ Ottubru 2011

Austin 'Guts'


Minix xi wieħed li nħobb il-protesti. Ma tantx jimpressjonawni. Nippreferi diskussjoni li twassal x’imkien. Pero’ dik hi l-problema f’dal-pajjiż. Wasalna f’punt fejn id-diskussjoni mhi qed twassal imkien għax min qiegħed fil-poter ma jridx jisma’.

Dil-ħaġa ilha għaddejja imma l-poplu ftit li xejn tħarrek. Il-kittieb u ħassieb kbir Immanuel Mifsud jgħid li dal-poplu huwa lluppjat. F*cken right!

Imma fl-aħħar qam xi ħadd!

Nhar il-Ġimgħa se ssir protesta li kulħadd kien qed jistenna li se ssir! Fl-aħħar hawn min għandu l-guts jorganizza xi ħaġa kontra waħda mill-akbar omelettes li saru tul dawn l-aħħar snin.

L-ingredjenti l-aktar li spikkaw f’dil-froġa kienu: t-taħwid u l-arroganza.

Kemm se nieħu gost nissindika nhar il-Ġimgħa! Tgħiduli, għalfejn tissindika? Għalkemm ma naħmilx il-protesti, nammetti li se jkolli mmur għal din. Apparti li nħoss li hija kawża ġusta. Irrid immur il-Belt biex nara jekk dawk in-nies li ilhom igergru jgergru u jeqirdu, humiex se jkunu hemm! Għax nilgħab il-flus li Żeża se tkun ma tiflaħx, Twanny se jżommuh xogħol, u Fredu jibża li taqbdu xi kamera u jkeċċuh mix-xogħol!

Issa naraw kemm se jkun hemm nies bil-guts u jmorru hemm, anke jekk tagħmel ix-xita! Mhux inġibu l-iskużi kollha tad-dinja! Mhux imbilli fuq l-istage kulħadd jidgħi u “allaħares jiġi taħt idejja”, “kemm hu aħdar!” u “l-aqwa li hu għaddej bil-Jaguar.” Issa kulħadd għandu ċ-ċans imur hemm u jieħu placard bil-messaġġ tiegħu.

Għal dawk l-għażżenin, preparajt l-ewwel placard jien! Jekk tridu ibagħtuli l-placards tagħkom fuq: hekkhu@gmail.com.

Eee bilħaqq għax kont se ninsa.....nhar il-Ġimgħa ġurnata speċjali ħafna għall-Ministru Gatt! Apparti l-protesti, b’wiċċu mwaħħal mal-placards, se jkun hemm il-vot ta’ (s)fiduċja fuqu fil-Parlament ukoll! Ħa naraw...

Le, le. Ferħa bla temma.

Intom taħsbu li l-MPs tagħna għandhom il-“Gatts” biex jivvutaw kontrieh?! Speċjalment dawk li se jkunu bil-qiegħda ħdejh?!

Franco Debono għadu qed jaħsibha qal....MA NEMMNEKX!

Imma xorta nibqa’ nittama li nhar is-Sibt titla’ xemx ġdida fuq Malta! Maa ara wiċċu kieku x’ħin jgħaddi l-vot!!

P.S. Skont l-organizzaturi, di se tkun MIXJA ta’ protesta......nispera li ma tkunx xi waħda bħal tal-lejber, massa ta’ nies miexjin qishom qegħdin Għar id-Dud relax! Jew protesta, jew mixja għaż-żiffa ras!!

Teħodnix il-Belt għalxejn!


Il-Ġimgħa, 28 ta’ Ottubru 2011

Tal-blieh

Dawn kollha għandhom xi ħaġa inkomuni
(click to make it bigger)
Kull ma jmur qed inħoss li sejrin għall-agħar. Kull min għandu għanejh f'wiċċu, u jrid jara, naħseb li jaqbel miegħi.

Illum qrajt storja, li jekk hi vera (u ma għaffġithiex il-media), meta tlesti taqraha la tkun taf jekk għandekx tibki jew tidħak.

Mid-dehra, Weltbild, waħda mill-ikbar kumpaniji tal-media fil-Ġermanja, li hi propjetà tal-Knisja Kattolika, qiegħda tippermetti bejgħ ta' materjal pornografiku. Fi kliem sempliċi, skont dan l-artiklu, l-Knisja qed taqla' lira mill-pornografija (hehe kemm taqbel!)

F'din l-istorja, mhux il-materjal li qed jinbiegħ joffendini, imma l-bejjiegħ. U hawnhekk fejn tidħol l-istampa li għażilt għal dan l-artiklu.

Nifhem li kulħadd uman, u li għalhekk, kulħadd suġġett għall-iżball, imma bir-rispett kollu lejn kulħadd, hemm żball, u hemm żball. Naħseb li meta jkollok ċertu kariga, xogħol jew vokazzjoni, hemm affarjiet li ma tista' tagħmel għall-ebda raġuni.

Dawk tal-istampa huma biss wħud  mil-eżempji sfaċċati li nsibu fi gżiritna.

P.S. - L-opinjoni tiegħi dwar  ir-reliġjonijiet fid-dinja, se ssiru tafuha wkoll by the way.


Il-Ħamis, 27 ta’ Ottubru 2011

What the 'hack'???

Bħalissa haw' xebgħa hassle fuq hacking u mhux hacking. Onestament fqajt moħħi nipprova nifhem l-istorja. Mil-ftit li fhimt, ħarġu xi e-mails in-Net bejn Joseph Muscat u Sabrina Agius. Naħa tgħid li kollox legali u l-parti l-oħra tgħid eżatt il-maqlub, bħal fuckin' (hehe qed naħseb f'Austin Gatt kull meta nisma dil-kelma issa) soltu.

X'ġara fil-verita ma nafx. Fuq 'Bondi+' l-Kap tal-Oppożizzjoni ddistingwa bejn leak u bejn serq ta' informazzjoni. Tidher teknikalità imma ħsibt naqra (cioe ħafna) fuq il-ħaġa u l-argument tiegħu (irrelevanti minn kif fil-verità inkisbu l-emails) naħseb li jagħmel sens.

Il-ħaġa qegħda hawn: 

  • Jekk jien għandi ċwievet ta' kamra li fiha qed isiru affarjiet li mhux naqbel magħhom u niddeċiedi li nikxifhom, inkun qiegħed nillijkja (x'kelma jaqq) l-informazzjoni dwar dak li qed isir. Ma naħsibx li hemm xi ksur ta' liġi b'daqshekk.
  • Jekk, minn naħa l-oħra, niżgassa il-bieb biex nikseb din l-informazzjoni, hemmhekk inkun qed nikser il-liġi.
Jien naqbel ma dawn iż-żewġ punti loġiċi, hi kif inhi l-istorja - kas klassiku ta Hekk Hu! 

P.S. - Coldplay harġu diska bl-eżatt fuq din l-issue, naħseb anki huma qrawhom l-emails! :p

Imsomma, aw ħa: 



We got one eye watching you
And one eye on what to do
So be careful who it is you're talking to

They got one eye watching you
One on what to do
So be careful what it is you're trying to do

And be careful when you're walking into view
Just be careful when you're walking into view

Ooh oooh oooh
Got one eye on the road and one on you
Ooh oooh oooh
Got one eye on the road and one on...

We got one eye watching you
And one eye what to do
So be careful cause' nothing they say is true

Don't believe a word
It's just us against the world
And we just gotta turn up to be heard

Hear those crocodiles ticking 'round the world
Hear those crocodiles ticking, they go ticking 'round the world

Ooh oooh oooh
Got one eye on the road and one on you
Ooh oooh oooh
Got one eye on the road and one on you

Ooh oooh oooh
Got one eye on the road and one on you
Ooh oooh oooh
Got one eye on the road and one on you

L-Erbgħa, 26 ta’ Ottubru 2011

Irridu lura l-On-Demand

Għal xi raġuni stramba, l-On-Demand Library tad-di-ve.com m'għadux jkollha l-programmi kollha fuqha. Serraħt moħħi jien għax tlift 'Inkontri' u 'Bondi+' tal-Ħamis. Għidt w'iva imbgħad nidħol narhom fuq id-dajv.

Mur għidli.

Imsomma jien nixtieq li ħafna mill-programmi jerġgħu jkunu fuq l-On-Demand Library, għax apparti li jekk titlef programm live tkun tista' tarah online meta trid bil-kwiet, tagħti iktar exposure lill-ħafna xogħol li jkun għamel il-crew tal-programm.




It-Tnejn, 24 ta’ Ottubru 2011

Verità fi stampa


Waqt li kont qed indur u nqalleb fuq facebook, iltqajt ma' din l-istampa - belezza.


Ta' min jibgħata l-kurja, forsi ma tafx kif!


PS. - niskuża ruħi tal-assenza kemm xejn twila!

L-Erbgħa, 19 ta’ Ottubru 2011

Better late than never!

Fl-aħħar sibt ic-ċans nikteb ġiex kelmiet, għax wara r-rispons li kelli f'dawn l-aħħar jiem għamiltuli kuraġġ.

Kont jien li kkritikajt is-servizz tal-Arriva u l-fatt li Austin Gatt ma bediex jagħti kas x'qed iħoss il-poplu dwar l-Arriva. Fl-aħħar wasalna x'imkien u smajna li l-affarjiet se jitranġaw, jerġgħu. Nispera li naslu x'imkien għax jien wara kollox servizz tat-trasport pubbliku li jaħdem irrid, għax filgħodu jien naf kemm qed tkun hassle biex nasal fid-destinazzjoni.

Dwar il-kumment tal-Ministru, li kienu wisq avant garde, seta' poġġiha mod ieħor ta! Imma tippretendiha li Austin ikun naqra selvaġġ. X'ħasbu lil poplu, li injorant wisq għal riforma fit-trasport? Kummenti bħal daw idejqu n-nies. L-aktar wara l-falliment li rajna s'issa! 

Hemm bżonn biex nagħmlu xi ħaġa "ġdida" f'dal-pajjiż, nagħmluha b'sieq zoppa bil-fors? Għalfejn qed iġiegħeluna nemmnu li l-Maltin m'aħniex kapaċi nagħmlu xi ħaġa sura?! Konna tajbin xi darba, mela l-affarijiet kapaċi nagħmluhom sew! 

U btw, qed jissemmew l-€400,000 li ntefqu fuq il-konsulenzi biex isiru r-rotot. Dalgħodu fuq l-istage ġie wieħed, iggustajtu, qalli "imbasta ħallas erba mitt elf lill-ħbieb tal-ħbieb biex jagħmlu r-rotot, u issa se nerġgħu mmorru lura, addio l-pjani. Dak Ewro minn fuq kull wieħed ħadilna għall-konsulenzi."

Hehe, l-ewwel reaction kienet: imma Ewro fuq kull ċittadin mhux ħafna. Meta tqabbel il-miljuni l-oħra żejda li ntefqu għalxejn, €400,000 m'huma xejn. Imma insa l-flus għalissa (għax xorta ssib x'tagħmel bihom €400,000). Il-punt hu li kien hemm esperti li tqabbdu biex jagħtu parir. Daw ħadu l-flus, u pproponew ir-rotot il-ġodda. Issa kulħadd jaf li l-problema l-kbira tar-riforma kienu r-rotot. Il-Gvern iddeċieda li jiskreppja daw ir-rotot u nerġgħu mmorru għall-antiki.

Allura mhux OVVJA li l-parir li taw l-esperti, u li tħallsu għalih, kien parir ħażin?! Imma apparently le, mhux ovvja, għax mhux se nitolbuhom lura l-flus. Fuck it.

Imsomma, jien xorta nibqa naħseb li l-possibiltà ta' proġett ta' underground network bħal ta' Londra, għandha tiġi studjata bis-serjeta. Iktar worth it minn permanent link bejn Malta u Għawdex ħa ngħidlek. Kieku Malta jkollha underground network tajba, l-Arriva taħdem tajjeb għax it-traffiku jonqos u żgur li l-ambjent jgħidilna thank you. 

Dwar Għawdex naħseb li ma tagħmilx sens li tagħmel underground network hemmhekk ħabba ċ-ċokon (mhux għax Malta kbira wisq tafux!) u ħabba l-fatt li l-Arriva f'Għawdex qed jaħdmu perfettament (użajthom iktar minn darba).

Nispera li għall-Milied dis-sena l-poplu ma jkollux servizz tat-trasport pubbliku għal ġol-ħajt! Over and out!

Il-Ħadd, 16 ta’ Ottubru 2011

Allaħares naqbdek għax insallbek!

M’hemmx kliem biex tiddeskrivi lil min għamel dak li smajna bih illum. Qabdu puppy, sallbuh u waħħluh ma’ bieb.

Trid tkun mostru. Ma tistax tissejjaħ persuna, jew bniedem. Min għamel dak li għamel, mhux tajjeb biex jagħmilha man-nies, jew ma kwalunkwe ħaġa ħajja oħra fid-dinja.

Wara Star, Gaia u każijiet oħra, kellna nisimgħu b’dan, fi spazju ta’ ftit ġimgħat jew jiem. Imma x’inhu jiġri f’dal-pajjiż?!

X’ħadt b’daqshekk, a? Żvogajt issa man? Ma tridx tara x’jaħsbu l-Maltin fuqek issa hux?

Ara x’qed jgħidu fuqek ras. Dawn in-nies kollha, u ħafna oħrajn, iridu jiżvogaw fik issa. Mhux se ngħid li naqbel magħhom, imma żgur li ħadd ma jtihom tort jirraġunaw hekk hux?

*NOTA LILL-QARREJ*: ĊERTI KUMMENTI HAWN TAĦT HUMA INQAS XIERQA
MINN OĦRAJN.

Kurt Grech: Ma geru mort tohodha kummidjant. Ghax ma gejtx issallab tipprova lili forsi kont nsallbek jien. j'ALLA KIF TQUM GHADA SSIB LIL X HADD MINN RASTEK IMDENDEL Kieku jien la ntellek il qorti u xejnimma nitfak fil pjazzza u naharqek haj demel ha tbati.... 
6 hours ago · Like · 9 people

Romina Roro Demicoli: alfejn ma dendlux lil familja tahom ja assenza tal li.. piiiiiiiiiiiiii ja qatta mdejqin u ndannati 
6 hours ago · Like 

Malcolm Felici: SIBUH U SALBUH! 
5 hours ago · Like · 2 people 

Gilmour Pace: Nahseb in Nies iktar Ma Jisimu li et jigru ballaaa affarijit hzina fuq l annimali iktar et jamlu !! ma nistax nifem jien Fox id Demm Tahhom Nirallaa jamlu l istess affarijit lilom ha jkunu jafu xigifiri !!!! 
5 hours ago · Like · 1 person 

Leeanne 'Malteser' Scerri: Puppy ? :( nirah immut min amel ekk! Nahseb andom demonjigufihom dawn nies! Hajtu habz intih ! Mela ftit xhurr :@ 
5 hours ago · Like · 2 people

Russell Busuttil: kemm awn min hu lib* haq l ostra ahjar salbu lilom nfusom 
5 hours ago · Like

Bernice Borg: SAHTA QED TAQA GO DA NAQRA TA PAJJIZ KULJUM BXI AHBAR KERHA!!ISSA MA KLIEB HA JIBDEW JIZVOGAW MA TANTX SIRNA NAGHMLU GHIB LIL PAJJIZI BARRANIN!! 
5 hours ago · Like · 1 person

Andre Genovese: ghax ma marx isallab lommu da 
5 hours ago · Like · 1 person 

Alan Warren: Ghax ma sallabx lil o. Xx. Kemm ghandu 
5 hours ago · Like · 1 person 

Kimberly Briffa: foxx il mejtinn tahomm jaqqq mann !!! niraa alla joqtolommm muxx multaaa !!! meta ha tamlu xi hgaaa suraaa iskommm oxuxx !!!!

4 hours ago · Like 

Mark Abela: alalahers kont ghadej bil karroza ax nafas kem ala halaq al go fik u nahxilek saqajk ima ma ridx narak mejet narak fuq siggu ta roti 
4 hours ago · Like · 1 person 

Whelen Giacinta: htese fuckers should be hanged and shot to death by thier balls if they ahve any lokks like they dont have any othrtwise they wouldt do this to an animal 
3 hours ago · Like · 1 person 

MaroZz Peterson's: aaa wicc liba kolla ma jaqbadkomx xi haga ha titalmuu jew joqtolkom alla ! ! ! 
2 hours ago · Like · 2 people 

Stefan Elia: tuwom in nar il dal liba nies , jekk tista tajdilom nies .. nirra jmutu b mewta kera u krudili kolla agunija u dwejjaq u ugih 
2 hours ago · Like · 2 people

We are Maltese...WE TAKE NO SHIT!!

Is-Sibt, 15 ta’ Ottubru 2011

Xejn ħlief is-sewwa...hekk Alla jgħini

Kont l-ewwel wieħed (wieħed mill-ftit) li ħriġt ngħid li lil Lou Bondi tista’ tgħajjru b’kollox imma mhux għax ateju.

It-titlu “Nazzjonalist u ma jemminx f’Alla” għalija kien bla sens għall-aħħar u ma jgħid xejn. Għandu kull dritt jemmen jew ma jemminx li jrid. Fuq kollox, għandu dritt ukoll jiddikjara dak li jemmen jew ma jemminx.

IMMA...u hawn reġa’ qam il-bużillis.


Iddikjara li ma temminx kemm trid, imma tiġix tbus is-salib fil-Qorti. Taħlifx li qed tgħid “is-sewwa, is-sewwa kollu, u xejn ħlief is-sewwa, hekk Alla jgħini”, meta Alla, għalik m’hu ħadd u ma jeżistix. Jekk tagħmel hekk allura tkun qed titnejjek, mhux b’Alla (għax ma jeżistix, għalik), imma bil-ġustizzja.

Għax allura jekk inti qed taħlef fuq is-salib, li qed tgħid il-verita’, allura teknikament, tista’ tigdeb u tgħid lill-ostra trid, għax mintix marbut!!

Mela moħħi jgħidli li kellu daqsxejn punt l-avukat li qajjem dal-punt fil-qorti! Ħasra li kien Dr Toni Abela, għax bħal kollox f’Malta, ndaħħlu l-politika biex intellfu mill-punt oriġinali.

Dawn l-istejjer mill-Qorti jogħġbuni wisq u llum nixtieq nagħmilha jien tal-avukat. Fuq il-blog tiegħu, il-bieraħ Lou qal:


Jiġifieri fuq it-TV, qal il-verita’, li ma jemminx.

PERO’ Lou jaħasra. Qiegħed ngħid sew jien li meta ġejt iffaċċjat b’mistoqsija simili FIL-QORTI, bis-salib quddiemek, inti għażilt li tinsa l-verita’, u tbus is-salib, daqs li kieku għalik dik il-figura fuq biċċa injama, tfisser xi ħaġa?

Jiġifieri qiegħed ngħid sew jien li l-verita’ għażilt li tgħidha fuq it-TV, minflok fil-Qorti?

M’għandix iktar kummenti x’nagħmel, Sur Imħallef!

It-Tnejn, 10 ta’ Ottubru 2011

Lou għandu dritt!

Ħa nkun ċar. Mhux il-gost u l-pjaċir tiegħi li niddefendi lil Lou Bondi. Narah rasu kbira wisq. Narah xi ftit lagħqi wkoll.

Ftit ta.

Ma nafx taqblux miegħi. Nittama li ma tibbojkottjawlix il-blogg biex taqbżu
għalih!

Vera li Bondi huwa tip ta’ persuna li tista’ ttih ħafna aġġettivi u tgħajjru b’numru ta’ affarijiet li għamel u li qal.

Imma għal darba ħa ntihielu.

Żgur li m’għandekx għalfejn tgħajjru għax iddikjara li hu ateju! To be honest, qal iktar minn hekk. Qal li għalih Alla ma jfisser xejn, ma jeżistix.

Ftit wara li qal hekk, ħarġu dawk li jkunu lesti għalih, jaqlgħulu l-ħama għax ma jemminx b’Alla u għax ma ddejjaqx jiddikjara dan kollu fuq in-Net.

X’qed ngħidu hawn? Li persuna ma jistax ikun ateju? Li min ma jemminx b’Alla ma jistax jitkellem hekk fuq it-TV? Li min għalih Alla ma jeżistix għandu jinħeba d-dar qisu xi mostru? Jien ma naqbilx, anzi nemmen li kulħadd għandu dritt jiddikjara dak li jemmen u dak li ma jemminx.

Spiċċa ż-żmien li nitkażaw b’dawn l-affarijiet. Dal-pajjiż irid jiftaħ moħħu. Id-djuq ta’ ċerti nies xebbani u sar frustranti ħafna. Min jaf għand tal-growser ċerti nies x’jitkażaw, “iiiiiii Bondi ma jemminx ta!” Qisna boloh!

Hemm tant xi tgħidu fuqu! Fuq li ma jemminx f'Alla se taqbduwha?

Daqs kemm hemm xi tgħid fuq il-kowċ il-ġdid wara kollox. Iva għal Peppi qed ngħid. Il-kowċ u r-referee fl-istess ħin. Aħjar tkellem qabel JPO għax kienu jibgħatu għalih l-Inter, minflok Ranieri!!

Il-Ħadd, 9 ta’ Ottubru 2011

It-'thugs' moderni


Illum harġet aħbar interessanti. Tkeċċa l-ġurnalist tat-Tajms, Matthew Bonanno. Dan hu il-persuna li 'informa' lil Nicolà Abela Garrett biż-żjara tal-ministru Austin Gatt ġewwa l-Università ta' Malta. 


Matt Bonanno

Guess who’s going to be an Uni tomorrow

Tuesday at 22:58



Nicolà Abela Garrett

We’ve had Gonzi, we’ve had Muscat…….. no…….
Tuesday at 22:59

Nicolà Abela Garrett
It can’t be…..
Tuesday at 22:59

Nicolà Abela Garrett
The bringer of emerald chariots and eternal transportation….
Tuesday at 23:00 ·

Matt Bonanno it can.
Tuesday at 23:00

Nicolà Abela Garrett
from the Orient…
Tuesday at 23:00

Matt Bonanno
for another 20 years
Tuesday at 23:00

Nicolà Abela Garrett
You serious? If you want, I can give you a great story tomorrow. Bring your notepad.
Tuesday at 23:01 


Kien hemm min qal li dan il-ġurnalist żbalja, għax ħareġ informazzjoni sigrieta li kellha f'idejha t-Tajms, u għalhekk, it-tkeċċija tiegħu kienet deċiżjoni ġusta. Il-bużillis qiegħed hawn; din l-informazzjoni kienet diġa pubblika, għax iż-zjara tal-ministru kienet inkluża fil-programm tal-Freshers' Week, kif tixhed tajjeb l-istampa. 

Dan ifisser li s-Sur Bonanno ma kixef l-ebda sigriet, ergo, it-tkeċċija tiegħu mhux ġustifkata.


Kien hemm min qal li Bonanno ħa vantaġġ u b'hekk kien se jkollu storja taħraq. Skont l-aħbar ta' dalgħodu, hu ma kienx il-ġurnalist li ntbat biex jirraporta iż-żjara tal-Ministru Gatt fl-Università. Jiġifieri hawnhekk ukoll, it-tkeċċija tiegħu mhux ġustifkata.


Dawn huma l-fatti. Ħadd ma jista' jiċħadhom. Il-mistoqsija allura tiġi waħedha: Għalfejn tkeċċa Matthew Bonanno?


Dik hi l-opinjoni ta' 'Hekk Hu'. Jekk tridu taqraw l-opinjoni ta' Bonanno innifsu... here you go.

Is-Sibt, 8 ta’ Ottubru 2011

É ARRIVAta! Finalmente.


Dal-hassle kollu għax studenta waqfet lill-Ministru fl-Universita’. X’ħin tara l-kummenti tat-Tajms, u tal-bloggers, taħseb li ħarġet għalih b’xi mus. Kemm għajjruha oxxena u ħamalla!

Taqbel jew ma taqbilx mal-kliem li użat, jew dwar jekk il-Ministru Gatt hux veru “f*****g w****r”, ma tistax ma tammirax il-fatt li din kienet l-unika ċittadina Maltija li ma beżgħetx tiffaċċja lil Austin Gatt, fuq il-pudina tal-Arriva. Għax ngħiduha kif inhi, s'issa, pudina kienet, għax wara kollox, the proof of the pudding is in the eating!

Nifhmu li din Nicola Abela Garrett taf tirreċta għax qiegħda Theatre Studies. Fil-fatt kien hemm min qal li kienet pjanata minn qabel għax ġurnata qabel żvelat x’ħa tagħmel fuq Facebook. X’għandu x’jaqsam?!

Dan kollu xejn ma jbiddel mill-fatt li din Abela Garrett, hija tfajla tal-guts! Ma nimmaġinax li għamlet ġimgħa tippjana biex toħroġ bil-kelma wanker!

Qisni ħadt grazzja magħha dit-tfajla. Għax reġgħet żergħat it-tama li aħna kapaċi nqumu u nferrgħu dak li qed idejjaqna. Umbagħad fl-Universita’!! Fl-aħħar jeżisti xi ħadd li mhuwiex, kif jgħid Marco Masini fl-Innu Malti, “conformisti travestiti da ribelli”.

Il-verità hi waħda, is-servizz tal-Arriva, anki wara li għadda l-11 ta' Settembru, ma laħaqx il-livell mixtieq u mistenni, u bosta nies huma rrabjati għal min hu responsabbli - u iva, il-persuna responsabbli huwa Austin Gatt ghax taħtu taqa' Transport Malta, li ħarġet b'dawn il-famużi rotot!

Nicola kienet l-umana li esprimiet ir-rabja ta' dawn l-umani.

Il-Ġimgħa, 7 ta’ Ottubru 2011

L-Għan

Dan l-aħħar il-blogs saru moda. Kulħadd jitħajjar u jibda wieħed. Tista ssib wieħed dwar kull suġġett immaġinabbli; hawnhekk fejn se jkun differenti dan il-blog.


'Hekk Hu', għandu għan, u mhux suġġett, aġenda, naħa jew kulur. Xbajna nisimgħu stazzjon ipinġi ġenna u ieħor infern, biex jiddiskrivu l-istess pajjiż fl-istess żminijiet. L-iswed iswed, u l-abjad abjad.


L-għan ta' dan l-ispazju virtwali huwa li jġiegħel lil min jaqrah jaħseb u jgħarbel dak li tassew għaddej madwaru, mingħajr il-biża ta' kontaminazzjoni politika, għax il-verità m'hawnx isbaħ minnha.