It-Tnejn, 10 ta’ Ottubru 2011

Lou għandu dritt!

Ħa nkun ċar. Mhux il-gost u l-pjaċir tiegħi li niddefendi lil Lou Bondi. Narah rasu kbira wisq. Narah xi ftit lagħqi wkoll.

Ftit ta.

Ma nafx taqblux miegħi. Nittama li ma tibbojkottjawlix il-blogg biex taqbżu
għalih!

Vera li Bondi huwa tip ta’ persuna li tista’ ttih ħafna aġġettivi u tgħajjru b’numru ta’ affarijiet li għamel u li qal.

Imma għal darba ħa ntihielu.

Żgur li m’għandekx għalfejn tgħajjru għax iddikjara li hu ateju! To be honest, qal iktar minn hekk. Qal li għalih Alla ma jfisser xejn, ma jeżistix.

Ftit wara li qal hekk, ħarġu dawk li jkunu lesti għalih, jaqlgħulu l-ħama għax ma jemminx b’Alla u għax ma ddejjaqx jiddikjara dan kollu fuq in-Net.

X’qed ngħidu hawn? Li persuna ma jistax ikun ateju? Li min ma jemminx b’Alla ma jistax jitkellem hekk fuq it-TV? Li min għalih Alla ma jeżistix għandu jinħeba d-dar qisu xi mostru? Jien ma naqbilx, anzi nemmen li kulħadd għandu dritt jiddikjara dak li jemmen u dak li ma jemminx.

Spiċċa ż-żmien li nitkażaw b’dawn l-affarijiet. Dal-pajjiż irid jiftaħ moħħu. Id-djuq ta’ ċerti nies xebbani u sar frustranti ħafna. Min jaf għand tal-growser ċerti nies x’jitkażaw, “iiiiiii Bondi ma jemminx ta!” Qisna boloh!

Hemm tant xi tgħidu fuqu! Fuq li ma jemminx f'Alla se taqbduwha?

Daqs kemm hemm xi tgħid fuq il-kowċ il-ġdid wara kollox. Iva għal Peppi qed ngħid. Il-kowċ u r-referee fl-istess ħin. Aħjar tkellem qabel JPO għax kienu jibgħatu għalih l-Inter, minflok Ranieri!!

4 comments:

  1. Naprezza :

    Dak hu l-għan (http://hekkhu.blogspot.com/2011/10/l-gan.html) ta' dal-blog.

    ReplyDelete
  2. Li nqala fuq Lou Bondi inqala ax bies is-salib biex jamel gurament. Li jkun ateju ma fiha xejn...affarih wara kollox..imma dak jista jigi interpretat bhala mod ta disprezz lejn is-salib biex ma nejdux li il gurament jigi null. Tifmunix hazin ta!! Jien minix xi religjuz lanqas xejn xD.

    ReplyDelete
  3. Kien hemm sezzjoni mil-media li kkundannatu ghax ateju qabel dil-bicca li halef fuq is-salib. Hawnhekk ma qbiltx. Biss pero dwar il- bicca xol tal gurament ktibt ukoll:

    http://hekkhu.blogspot.com/2011/10/xejn-lief-is-sewwahekk-alla-jgini.html

    ReplyDelete