Is-Sibt, 29 ta’ Ottubru 2011

Austin 'Guts'


Minix xi wieħed li nħobb il-protesti. Ma tantx jimpressjonawni. Nippreferi diskussjoni li twassal x’imkien. Pero’ dik hi l-problema f’dal-pajjiż. Wasalna f’punt fejn id-diskussjoni mhi qed twassal imkien għax min qiegħed fil-poter ma jridx jisma’.

Dil-ħaġa ilha għaddejja imma l-poplu ftit li xejn tħarrek. Il-kittieb u ħassieb kbir Immanuel Mifsud jgħid li dal-poplu huwa lluppjat. F*cken right!

Imma fl-aħħar qam xi ħadd!

Nhar il-Ġimgħa se ssir protesta li kulħadd kien qed jistenna li se ssir! Fl-aħħar hawn min għandu l-guts jorganizza xi ħaġa kontra waħda mill-akbar omelettes li saru tul dawn l-aħħar snin.

L-ingredjenti l-aktar li spikkaw f’dil-froġa kienu: t-taħwid u l-arroganza.

Kemm se nieħu gost nissindika nhar il-Ġimgħa! Tgħiduli, għalfejn tissindika? Għalkemm ma naħmilx il-protesti, nammetti li se jkolli mmur għal din. Apparti li nħoss li hija kawża ġusta. Irrid immur il-Belt biex nara jekk dawk in-nies li ilhom igergru jgergru u jeqirdu, humiex se jkunu hemm! Għax nilgħab il-flus li Żeża se tkun ma tiflaħx, Twanny se jżommuh xogħol, u Fredu jibża li taqbdu xi kamera u jkeċċuh mix-xogħol!

Issa naraw kemm se jkun hemm nies bil-guts u jmorru hemm, anke jekk tagħmel ix-xita! Mhux inġibu l-iskużi kollha tad-dinja! Mhux imbilli fuq l-istage kulħadd jidgħi u “allaħares jiġi taħt idejja”, “kemm hu aħdar!” u “l-aqwa li hu għaddej bil-Jaguar.” Issa kulħadd għandu ċ-ċans imur hemm u jieħu placard bil-messaġġ tiegħu.

Għal dawk l-għażżenin, preparajt l-ewwel placard jien! Jekk tridu ibagħtuli l-placards tagħkom fuq: hekkhu@gmail.com.

Eee bilħaqq għax kont se ninsa.....nhar il-Ġimgħa ġurnata speċjali ħafna għall-Ministru Gatt! Apparti l-protesti, b’wiċċu mwaħħal mal-placards, se jkun hemm il-vot ta’ (s)fiduċja fuqu fil-Parlament ukoll! Ħa naraw...

Le, le. Ferħa bla temma.

Intom taħsbu li l-MPs tagħna għandhom il-“Gatts” biex jivvutaw kontrieh?! Speċjalment dawk li se jkunu bil-qiegħda ħdejh?!

Franco Debono għadu qed jaħsibha qal....MA NEMMNEKX!

Imma xorta nibqa’ nittama li nhar is-Sibt titla’ xemx ġdida fuq Malta! Maa ara wiċċu kieku x’ħin jgħaddi l-vot!!

P.S. Skont l-organizzaturi, di se tkun MIXJA ta’ protesta......nispera li ma tkunx xi waħda bħal tal-lejber, massa ta’ nies miexjin qishom qegħdin Għar id-Dud relax! Jew protesta, jew mixja għaż-żiffa ras!!

Teħodnix il-Belt għalxejn!


3 comments:

  1. Austin certament ghandhu il-GUTZ , ghax veru jrid ikollok il-GUTZ biex turi wiccek barra wara il-frejjeg bhal tat-trasport u ta' Smart City !

    Veru Kaz li tant hu mimli bih innifsu u bl-arroganza li lanqas misthija ma baqghalu la lejn il-poplu Malti u lanqas lejn minn telghu!

    ARROGANZA U BUZZOLLOTTI HUMA IL-BRAND TA' DAN IL-MINISTRU SMART u STATE-OF-THE-ASS ta' GONZIPN...li zgur sejjer issib postu fl-istorja ta' Malta ....bhala il F.W !

    ReplyDelete
  2. Calm down.

    Narakom nhar il-ġimgħa, għal-kawża ġusta.

    ReplyDelete