Is-Sibt, 8 ta’ Ottubru 2011

É ARRIVAta! Finalmente.


Dal-hassle kollu għax studenta waqfet lill-Ministru fl-Universita’. X’ħin tara l-kummenti tat-Tajms, u tal-bloggers, taħseb li ħarġet għalih b’xi mus. Kemm għajjruha oxxena u ħamalla!

Taqbel jew ma taqbilx mal-kliem li użat, jew dwar jekk il-Ministru Gatt hux veru “f*****g w****r”, ma tistax ma tammirax il-fatt li din kienet l-unika ċittadina Maltija li ma beżgħetx tiffaċċja lil Austin Gatt, fuq il-pudina tal-Arriva. Għax ngħiduha kif inhi, s'issa, pudina kienet, għax wara kollox, the proof of the pudding is in the eating!

Nifhmu li din Nicola Abela Garrett taf tirreċta għax qiegħda Theatre Studies. Fil-fatt kien hemm min qal li kienet pjanata minn qabel għax ġurnata qabel żvelat x’ħa tagħmel fuq Facebook. X’għandu x’jaqsam?!

Dan kollu xejn ma jbiddel mill-fatt li din Abela Garrett, hija tfajla tal-guts! Ma nimmaġinax li għamlet ġimgħa tippjana biex toħroġ bil-kelma wanker!

Qisni ħadt grazzja magħha dit-tfajla. Għax reġgħet żergħat it-tama li aħna kapaċi nqumu u nferrgħu dak li qed idejjaqna. Umbagħad fl-Universita’!! Fl-aħħar jeżisti xi ħadd li mhuwiex, kif jgħid Marco Masini fl-Innu Malti, “conformisti travestiti da ribelli”.

Il-verità hi waħda, is-servizz tal-Arriva, anki wara li għadda l-11 ta' Settembru, ma laħaqx il-livell mixtieq u mistenni, u bosta nies huma rrabjati għal min hu responsabbli - u iva, il-persuna responsabbli huwa Austin Gatt ghax taħtu taqa' Transport Malta, li ħarġet b'dawn il-famużi rotot!

Nicola kienet l-umana li esprimiet ir-rabja ta' dawn l-umani.

No comments:

Post a Comment