L-Erbgħa, 19 ta’ Ottubru 2011

Better late than never!

Fl-aħħar sibt ic-ċans nikteb ġiex kelmiet, għax wara r-rispons li kelli f'dawn l-aħħar jiem għamiltuli kuraġġ.

Kont jien li kkritikajt is-servizz tal-Arriva u l-fatt li Austin Gatt ma bediex jagħti kas x'qed iħoss il-poplu dwar l-Arriva. Fl-aħħar wasalna x'imkien u smajna li l-affarjiet se jitranġaw, jerġgħu. Nispera li naslu x'imkien għax jien wara kollox servizz tat-trasport pubbliku li jaħdem irrid, għax filgħodu jien naf kemm qed tkun hassle biex nasal fid-destinazzjoni.

Dwar il-kumment tal-Ministru, li kienu wisq avant garde, seta' poġġiha mod ieħor ta! Imma tippretendiha li Austin ikun naqra selvaġġ. X'ħasbu lil poplu, li injorant wisq għal riforma fit-trasport? Kummenti bħal daw idejqu n-nies. L-aktar wara l-falliment li rajna s'issa! 

Hemm bżonn biex nagħmlu xi ħaġa "ġdida" f'dal-pajjiż, nagħmluha b'sieq zoppa bil-fors? Għalfejn qed iġiegħeluna nemmnu li l-Maltin m'aħniex kapaċi nagħmlu xi ħaġa sura?! Konna tajbin xi darba, mela l-affarijiet kapaċi nagħmluhom sew! 

U btw, qed jissemmew l-€400,000 li ntefqu fuq il-konsulenzi biex isiru r-rotot. Dalgħodu fuq l-istage ġie wieħed, iggustajtu, qalli "imbasta ħallas erba mitt elf lill-ħbieb tal-ħbieb biex jagħmlu r-rotot, u issa se nerġgħu mmorru lura, addio l-pjani. Dak Ewro minn fuq kull wieħed ħadilna għall-konsulenzi."

Hehe, l-ewwel reaction kienet: imma Ewro fuq kull ċittadin mhux ħafna. Meta tqabbel il-miljuni l-oħra żejda li ntefqu għalxejn, €400,000 m'huma xejn. Imma insa l-flus għalissa (għax xorta ssib x'tagħmel bihom €400,000). Il-punt hu li kien hemm esperti li tqabbdu biex jagħtu parir. Daw ħadu l-flus, u pproponew ir-rotot il-ġodda. Issa kulħadd jaf li l-problema l-kbira tar-riforma kienu r-rotot. Il-Gvern iddeċieda li jiskreppja daw ir-rotot u nerġgħu mmorru għall-antiki.

Allura mhux OVVJA li l-parir li taw l-esperti, u li tħallsu għalih, kien parir ħażin?! Imma apparently le, mhux ovvja, għax mhux se nitolbuhom lura l-flus. Fuck it.

Imsomma, jien xorta nibqa naħseb li l-possibiltà ta' proġett ta' underground network bħal ta' Londra, għandha tiġi studjata bis-serjeta. Iktar worth it minn permanent link bejn Malta u Għawdex ħa ngħidlek. Kieku Malta jkollha underground network tajba, l-Arriva taħdem tajjeb għax it-traffiku jonqos u żgur li l-ambjent jgħidilna thank you. 

Dwar Għawdex naħseb li ma tagħmilx sens li tagħmel underground network hemmhekk ħabba ċ-ċokon (mhux għax Malta kbira wisq tafux!) u ħabba l-fatt li l-Arriva f'Għawdex qed jaħdmu perfettament (użajthom iktar minn darba).

Nispera li għall-Milied dis-sena l-poplu ma jkollux servizz tat-trasport pubbliku għal ġol-ħajt! Over and out!

No comments:

Post a Comment