Il-Ġimgħa, 7 ta’ Ottubru 2011

L-Għan

Dan l-aħħar il-blogs saru moda. Kulħadd jitħajjar u jibda wieħed. Tista ssib wieħed dwar kull suġġett immaġinabbli; hawnhekk fejn se jkun differenti dan il-blog.


'Hekk Hu', għandu għan, u mhux suġġett, aġenda, naħa jew kulur. Xbajna nisimgħu stazzjon ipinġi ġenna u ieħor infern, biex jiddiskrivu l-istess pajjiż fl-istess żminijiet. L-iswed iswed, u l-abjad abjad.


L-għan ta' dan l-ispazju virtwali huwa li jġiegħel lil min jaqrah jaħseb u jgħarbel dak li tassew għaddej madwaru, mingħajr il-biża ta' kontaminazzjoni politika, għax il-verità m'hawnx isbaħ minnha.

No comments:

Post a Comment