Il-Ħadd, 9 ta’ Ottubru 2011

It-'thugs' moderni


Illum harġet aħbar interessanti. Tkeċċa l-ġurnalist tat-Tajms, Matthew Bonanno. Dan hu il-persuna li 'informa' lil Nicolà Abela Garrett biż-żjara tal-ministru Austin Gatt ġewwa l-Università ta' Malta. 


Matt Bonanno

Guess who’s going to be an Uni tomorrow

Tuesday at 22:58



Nicolà Abela Garrett

We’ve had Gonzi, we’ve had Muscat…….. no…….
Tuesday at 22:59

Nicolà Abela Garrett
It can’t be…..
Tuesday at 22:59

Nicolà Abela Garrett
The bringer of emerald chariots and eternal transportation….
Tuesday at 23:00 ·

Matt Bonanno it can.
Tuesday at 23:00

Nicolà Abela Garrett
from the Orient…
Tuesday at 23:00

Matt Bonanno
for another 20 years
Tuesday at 23:00

Nicolà Abela Garrett
You serious? If you want, I can give you a great story tomorrow. Bring your notepad.
Tuesday at 23:01 


Kien hemm min qal li dan il-ġurnalist żbalja, għax ħareġ informazzjoni sigrieta li kellha f'idejha t-Tajms, u għalhekk, it-tkeċċija tiegħu kienet deċiżjoni ġusta. Il-bużillis qiegħed hawn; din l-informazzjoni kienet diġa pubblika, għax iż-zjara tal-ministru kienet inkluża fil-programm tal-Freshers' Week, kif tixhed tajjeb l-istampa. 

Dan ifisser li s-Sur Bonanno ma kixef l-ebda sigriet, ergo, it-tkeċċija tiegħu mhux ġustifkata.


Kien hemm min qal li Bonanno ħa vantaġġ u b'hekk kien se jkollu storja taħraq. Skont l-aħbar ta' dalgħodu, hu ma kienx il-ġurnalist li ntbat biex jirraporta iż-żjara tal-Ministru Gatt fl-Università. Jiġifieri hawnhekk ukoll, it-tkeċċija tiegħu mhux ġustifkata.


Dawn huma l-fatti. Ħadd ma jista' jiċħadhom. Il-mistoqsija allura tiġi waħedha: Għalfejn tkeċċa Matthew Bonanno?


Dik hi l-opinjoni ta' 'Hekk Hu'. Jekk tridu taqraw l-opinjoni ta' Bonanno innifsu... here you go.

No comments:

Post a Comment