L-Erbgħa, 26 ta’ Ottubru 2011

Irridu lura l-On-Demand

Għal xi raġuni stramba, l-On-Demand Library tad-di-ve.com m'għadux jkollha l-programmi kollha fuqha. Serraħt moħħi jien għax tlift 'Inkontri' u 'Bondi+' tal-Ħamis. Għidt w'iva imbgħad nidħol narhom fuq id-dajv.

Mur għidli.

Imsomma jien nixtieq li ħafna mill-programmi jerġgħu jkunu fuq l-On-Demand Library, għax apparti li jekk titlef programm live tkun tista' tarah online meta trid bil-kwiet, tagħti iktar exposure lill-ħafna xogħol li jkun għamel il-crew tal-programm.




No comments:

Post a Comment